Nhar l-Erbgħa li għaddiet, 17 ta’ Ġunju P. Dionisju Mercieca mar jiltaqa’ mal-Mulej

Nhar l-Erbgħa li għaddiet, 17 ta’ Ġunju , miet fl-Isptar Mater Dei P. Dionisju Mercieca, fl-età ta’ 91 sena.

Dionisju għadda nofs iż-żmien tiegħu bħala Superjur tal-patrijiet f’Ta’ Xbiex. L-ewwel darba li sar Superjur kien proprju hawn fl-1957, fl-ewwel snin mill-wasla tal-Patrijiet Tereżjani f’Ta’ Xbiex. Reġa’ ġie magħżul Superjur fl-1972, u mill-ġdid fl-1979. Wara baqa’ residenti Ta’ Xbiex sa ma reġa’ sar Superjur hawn sal-1987. Imbagħad ġie mibgħut B’Kara, fejn baqa’ sal-aħħar ta’ ħajtu. P. Dionisju, ukoll fil-mard li kellu jgħaddi minnu, baqa’ jinteressa ruħu f’Ta’ Xbiex u l-iżvilupp tiegħu.

 

Illum jinsab espost fis-Sala Madonna tal-Karmnu, B’Kara, u għada s-Sibt, il-funeral jitlaq minn hemm fid-9.00am u l-Quddiesa ssir fis-Santwarju ta’ S. Tereża, B’Kara, fid-9.15am. Il-Mulej li sejjaħlu għall-ħajja Tereżjana biex jaqdih bħala saċerdot, issa sejjaħlu għandu u jgħidlu: “Ejja, qaddej fidil u għaqli…” Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

image0031