MERHBA lill-Qdusija Tieghu l-Papa..

Nagħtu MERĦBA lill-Qdusija Tiegħu l-Papa li se jgħaddi mill-parroċċa tagħna. Għalhekk fis-7.00pm niltaqgħu ħdejn l-istadium il-qadim….

Navżawkom ukoll li minħabba l-Quddiesa li l-Papa se jagħmel fuq il-FOSOS tal-Floriana u li għaliha kulħadd hu mistieden li jattendi, il-Quddies ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jkun hekk: se ssir Quddiesa waħda biss filgħodu fis-7.00am u mbagħad dik ta’ filgħaxija fis-6.00pm. Dan qed isir ukoll fuq ordni tal-Knisja. Sintendi, ikun hemm ukoll il-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija li tgħodd għall-Ħadd.

Min juża l-wheelchair u jixtieq jattendi għall-Quddiesa tal-Papa, jista’ jiġi l-Uffiċċju Parrokkjali ħalli ngħinuh jimla l-formoli għal tal-apposta.

Bħalissa qed isir survey biex naraw min irid jirċievi l-magażin FLIMKIEN bl-e-mail. Min irid jibda jirċevih bl-e-mail jista’ wkoll iħalli l-inidirizz tiegħu fis-sagristija.

Nixtiequ nagħmlu appell biex min jista’, jgħinna fit-TINDIF TAL-KNISJA nhar ta’ Sibt filgħodu. Minħabba x-xogħlijiet fil-Knisja jkollna nnaddfu l-Knisja kull ġimgħa. Min jista’ joffri ruħu bħala voluntier, napprezzaw. It-tindif isir mid-9.00am ‘il quddiem.