Xandira Live: il-Funeral tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

guzeppimercieca

Il‑funeral tal‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca ser jixxandar fuq TVM, Radju Malta, Net Tv, One tv, Radju RTK, Radju Marija u fuq il‑website TVM.com.mt. It‑trasmissjoni fuq YouTube ssibuha hawn taht. Tibda fit‑3:30 p.m. u tispicca kif jitlaq il‑korteo funebri minn Bieb il-Belt f’Valletta lejn il‑Kattidral tal‑Imdina.

 

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli

“Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa.
Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru. Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess. Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, ‘Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’ Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna.’ Qalilhom,’Morru intom ukoll l-għalqa. Għal fil-għaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, ‘Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk ta’ l-ewwel.’
Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed. Ġew ta’ l-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed. Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu, ‘Dawn ta’ l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!’ Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, ‘Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b’dinar ftehemt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta’ l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek. Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?’

Hekk ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta’ l-ewwel jiġu l-aħħar.”

 

GDE Error: Error retrieving file - if necessary turn off error checking (404:Not Found)

EŻALTAZZJONI TAL-IMĦABBA – Qari Tal-Quddies Tal-Ħadd

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Nikodemu: Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva.

Il-Kelma tal-Mulej




pdf icon

GDE Error: Error retrieving file - if necessary turn off error checking (404:Not Found)


 

INT JIMPURTAK? Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Video)

SUGGERIMENT B ‘hidma zghira jista’ jsir hafna gid. Jekk min jircievi dan il-video, jibaghtu lill-contacts tieghu b’email, u jheggighom jibaghtuh anke huma lill-contacts taghhom, zgur jintlahqu hafna nies, bil-possibilta’ li jintlahqu wkoll numru ta’ nies li ma jmorrux quddies, jew ghax morda, jew ghax xi ftit imbeghdin. Mhux ta’ min jitlef dal-gid. Inhalli f’idejkom u nirringrazzjakom.

Il-Paci maghkom. dun pawl. (Parrocca Familja Mqaddsa L-Iklin Malta)

Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Sena A)
Continue reading “INT JIMPURTAK? Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Video)”