Il-13 Ħadd ta’ matul is-sena – Sena B – 28 ta’ Ġunju 2015

It-13 Ħadd ta’ matul is-sena – Sena B – 28 ta’ Ġunju 2015

Qari: Għerf (1: 13-15) (2: 23-24)
Minħabba l-għira tax-xitan li l-mewt daħlet fid-dinja.

Salm Responsorjali: Salm 29 (30) 2.4.5-6.11.12a.13b
Ngħollik, Mulej, għax erfajtni

II Qari: 2 Korintin (8: 7.9.13-15)
Iż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes tal-aħwa li ma għandhomx.

Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju.

Evanġelju: Mark (5: 21-43)
Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!

TALBIET TA’ INTERĊESSJONI
Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu, faħħru l-isem imqaddes tiegħu u itolbuh bil-ferħ.
Għal dawk li l-Mulej għażel biex ikunu rgħajja tal-merħla tiegħu sabiex ixandru dejjem il-valur tal-ħajja ta’ kull bniedem maħluq fuq xbieha ta’ Alla. Nitolbu…
Għall-mexxejja tal-ġnus biex qabel kull ħaġa oħra jqiegħdu d-dinjità ta’ kull persuna li Kristu salva b’demmu. Nitolbu…
Għall-morda biex, fil-mard tagħhom, ikollhom il-faraġ u l-għajnuna tal-preżenza tal-għeżież tagħhom. Nitolbu…
Għalina li niċċelebraw il-quddiesa fil-jum li fih Kristu rebaħ il-mewt, biex il-ħajja tagħna tkun xhieda quddiem id-dinja tal-ħajja li kisbilna. Nitolbu…
Tħalli qatt, Missier ħanin, li tonqosna l-fidi fik għaliex nafu li inti sa tilqa’ t-talba tagħna. Bi Kristu Sidna. Ammen.