MINN QIEGH QALBI SINCERAMENT NAWGURALEK GHID QADDIS MIMLI FROTT TA’ QDUSIJA

resurrection

MINN QIEGH QALBI SINCERAMENT NAWGURALEK GHID QADDIS MIMLI FROTT TA’ QDUSIJA — riflessjoni qasira fuq il-Vangelu tal-GHID IL-KBIR — jekk taghfas READ MORE, taht il-video ta’ Youtube, issib is-silta shiha; — fuq YOUTUBE:PARROCCA IKLIN MALTA, issib ir-Riflessjonijiet kollha li hargu u li ghad johorgu; — jekk tahseb li jista’ jsir imqar ftit gid, nitolbok tixxerjaha mal-friends/contacts tieghek. Grazzi.

Ghid il-Kbir (Sena A) Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann (20: 1-9) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier.

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: «Qalgħu lill-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!» Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f’post għalih. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen. Sa dak in-nhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.