Il-12 Ħadd ta’ matul is-sena – Sena B – 21 ta’ Ġunju 2015

Spread the love

Il-12 Ħadd ta’ matul is-sena Sena B – 21 ta’ Ġunju 2015

Qari: Ġob (38: 1.8-11)
Ma taqbiżx minn hawn il-qawwa tal-mewġ tiegħek.

Salm Responsorjali: Salm 91
Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu

II Qari: 2 Korintin (5: 14-17)
Il-qadim għadda, biex daħal il-ġdid floku.

Evanġelju: Mark (4: 35-41)
Profeta kbir qam fostna, u Alla żar il-poplu tiegħu.

 

TALBIET TA’ INTERĊESSJONI

Il-Mulej ħeles lil dawk li għajtulu fil-hemm tagħhom; nitolbuh għalhekk għall-Knisja u għad-dinja kollha u ngħidulu: Fit-tjieba tiegħek Mulej, salvana.

Nitolbu għall-Knisja biex qatt ma tonqosha l-fidi fil-Mulej meta tħabbat wiċċha mad-dgħufijiet tal-membri tagħha u mal-persekuzzjonijiet: Fit-tjieba tiegħek Mulej, salvana.

Nitolbu għall-bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex ma jħallux il-ħażen ta’ madwarna jxejjen il-ħiliet li Alla żejjinhom bihom: Fit-tjieba tiegħek Mulej, salvana.

Nitolbu għal kull min hu mċaħħad mir-rispett lejn id-dinjità tiegħu biex ikun jista’ jgħix ta’ ħliqa ġdida fi Kristu:Fit-tjieba tiegħek Mulej, salvana.

Nitolbu għall-ġemgħa liturġika biex fis-simboli tagħraf il-preżenza ħajja ta’ Kristu Sidna: Fit-tjieba tiegħek Mulej, salvana.

Missier, inti qatt ma titlaq lil dawk li sawwart f’imħabbtek. Ilqa’ għalhekk it-talbiet tal-għeżież tiegħek. Bi Kristu Sidna. Ammen.