Assemblea Parrokkjali Ta’ Xbiex 2011 – Parish Assembly 2011

assemblea 2011

Insejħu ’l-familji kollha f’Ta’ Xbiex għall-Assemblea Parrokkjali.
Issir fil-knisja

It-Tlieta 29 ta’ Novembru 2011 mill-5.30pm – 7.45pm

Programm

Suġġett: Nidħol personalment fil-fond fl-għejxien tal-Evanġelju
Nixhed għalih fid-dar, fil-post tax-xogħol u fil-familja parrokkjali

5.30 Rużarju u Quddiesa tal-okkażjoni (1 siegħa)

6.30 Il-Kelma tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP DVD (10 minuti)

Introduzzjoni mill-Moderatriċi: għan tal-Assemblea (3 minuti)

Rapporti fil-qosor tal-Kummissjonijiet fil-parroċċi (5×5 minuti)

Kummenti u Proġettazzjoni mill-Moderatriċi (7 minuti)

Kummenti u suġġerimenti mill-Assemblea (40 minuti)

Apprezzamenti, għeluq u talba mill-Kappillan

Għal tiġdid, tisħiħ u għaqda bejn kulħadd

P. Wistin Vella ocd Kappillan

Inħeġġu l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Kummissjonijiet,
il-gruppi parrokkjali u lil kulmin jattendi jew joqgħod fil-parroċċa.

Stedina 23/11/10

Stedina

Wasal iz-zmien tal-bidu ufficcjali tal-hidma tieghi bhala kappillan tal-parrocca f’Ta’ Xbiex. Hija sfida kbira ghalija. Bl-ghajnuna ta’ Alla qieghed nilqaghha b’ferh u bi dmir lejn il-weghdiet sacerdotali u religjuzi tieghi. U dan minkejja li wasalt f’età fejn soltu l-kappillani jirtiraw wara snin twal ta’ qadi b’hidma sfiqa f’kemm-il parrocca. Gejt imsejjah fil-fjur tal-esperjenza tieghi sacerdotali izda wkoll nistqarr li tieghi hija konsagrazzjoni u missjoni tal-ahhar siegha fl-ghalqa tal-Mulej!

Kemm ilni naghti sehemi f’din il-parrocca, tul il-gimghat li ghaddew, stajt nara b’ghajnejja kemm persuni qeghdin jaghtu mill-ahjar li jistghu, hiliet, kwalitajiet u hin biex ikunu ta’ gid ghall-familja jew il-komunità Nisranija li hija l-parrocca. Jiena ghandi qalbi mimlija kuragg li ninsab imdawwar minn ghadd sabih ta’ dawn il-persuni ta’ kwalità. U nistqarr maghkom bl-akbar herqa li rrid nara aktar persuni li jigu ‘l quddiem biex b’responsabbiltà jaghtu sehemhom b’risq in-nies kollha li jaghmlu parti mir-realtà ‘specjalment’ f’Ta’ Xbiex. Nghid ‘specjalment’ ghax ahna bhala komunità parrokkjali immedjatament irridu nahdmu wkoll f’sintonija mal-parrocci l-ohra tal-Imsida u tal-Gzira li maghhom il-parrocca f’Ta’ Xbiex taghmel l-Unità 9 fil-Knisja/Arcidjocesi ta’ Malta.

Nhar it-Tlieta fis-6.00 pm, Mons. Arcisqof Pawlu Cremona OP se jkun fostna fil-knisja parrokkjali biex jippresiedi f’quddiesa koncelebrata l-installazzjoni u l-pusses tal-kappillan il-gdid. Għalhekk jixraq ħafna li, kemm jista’ jkun, il-parruccani kollha jieħdu sehem f’din il-festa tal-komunità parrokkjali tagħna. Flimkien nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ San Ġwann tas-Salib biex il-kappillan il-ġdid jiflaħ jagħmel ħiltu kollha u jaqdi dmiru b’risq il-persuni kollha tal-parrocca tagħna.


Hekk kif tintemm il-quddiesa, kulħadd huwa mistieden u kulħadd huwa mħeġġeġ biex flimkien nitilgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali u nieħdu sehem fir-riċeviment madwar l-Arċisqof u l-kappillan il-ġdid. Xi ħaġa tajba jkun hemm għal kulħadd.

Fil-ġranet ta’ wara l-kappillan, speċjalment fil-ħinijiet tal-ufficcju, ikun lest jilqa’ lil kulmin jixtieq ikellmu, l-aktar dawk li jinsabu f’xi bżonn jew inkella lil dawk li jixtiequ joffru miż-żmien u l-ħiliet tagħhom għall-ġid tal-parrocca.

P. Wistin Vella ocd

New Parish Priest for Ta’ Xbiex Fr Augustine (Wistin) Vella

Fr Augustine (Wistin) Vella ocd will be installed as the new parish priest of Ta’ Xbiex by Archbishop Paul Cremona, on Tuesday 23rd November, 2010, during Mass which will be celebrated at 6pm.

Born in Mellieha, Fr Augustine Vella joined the Teresian Carmelites at St Teresa’s in Cospicua as an aspirant in his mid-teens. He was educated locally in Malta, and afterwards , in the UK and in Italy he was ordained a priest in 1975. He eventually served as formation master in Malta and Taiwan; local superior at Cospicua, Tas-Silg and Taiwan; and chaplain in an elderly home. He is currently a religious counsellor in secondary State schools and is also the editor of Carmelite vocational and spirituality publications.

The parish church of Ta’ Xbiex and the Teresian Carmelite monastery are both dedicated to St John of the Cross. The first stone of the church was blessed in 1954 by the Teresian Carmelite Bishop Teofano Stella, then the first Vicar Apostolic in Kuwait. Once completed, four years later, the church was blessed by Archbishop Michael Gonzi who also elevated it as parish church in 1969. Today the Parish of St John of the Cross embraces around 700 families.

Patri Wistin Vella

Patri Wistin Vella ocd se jkun il-kappillan il-ġdid għall-parroċċa f’Ta’ Xbiex b’effett minn nhar it-Tlieta, 23 ta’ Novembru, 2010. Dakinhar, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jippresiedi Quddiesa kkonċelebrata li tibda fis-6.00 p.m.

Imwieled il-Mellieħa, Patri Wistin Vella daħal mal-Karmelitani Tereżjani bħala aspirant fil-kunvent Santa Tereża f’Bormla. Il-formazzjoni tiegħu rċeviha hawn Malta, l-Ingilterra u l-Italja. Ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ Marzu, 1975. Kien surmast tal-aspiranti u tal-istudenti f’Malta u fit-Tajwan; kien superjur lokali f’Bormla, f’Tas-Silg u fit-Tajwan; u kien chaplain f’dar tal-anzjani. Illum il-ġurnata, Patri Wistin hu religious counsellor fi skejjel sekondarji tal-Istat u hu editur u ko-ordinatur ta’ pubblikazzjonijiet Karmelitani.

Il-parroċċa f’Ta’ Xbiex tħaddan mas-700 familja. Ilha parroċċa mill-1969 bi knisja ddedikata lil San Ġwann tas-Salib li bdiet tinbena fl-1954 u tbierket mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-1958.

Source: Archdiocese of Malta

Photobook of Archbishop Paul Cremona’s Pastoral Visit

Two hardback photobooks of Archbishop Paul Cremona’s pastoral visit to the Ta’ Xbiex Parish are available by print-on-demand via lulu.com.
You can obtain them by clicking on the previews below:

Book 2 (Archbishop meeting the congregation):

Book 1 (Archbishop’s arrival at Ta’ Xbiex and Mass)

Mass back in Church

During yesterday’s Duluri Procession, Fr Salv announced that Palm Sunday Mass and  today’s morning (Saturday 25/3/10) will be held back in the Church.

Duluri – Our Lady of Sorrows

Quddies tal gurnata tad-Duluri – 7.15am, 8.30am, 1pm, imbaghad 5.15pm u 7.30pm (wara l-purcissjoni). Il-quddies tal-5.15pm u 7.30pm se jkunu fuq iz-zuntier.

Video from last year’s procession:

Mass for the feast of Our Lady of Sorrows – 7.15am, 8.30am, 1pm, then 5.15pm and 7.30pm (after the procession). The 5.15pm and 7.30pm Masses will be held on the parvis.

dul029

Church Roof update

Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja issa tlesta għal kollox, minn barra u minn ġewwa. Minn din il-ġimgħa bdejna ż-ŻEBGĦA TAL-KNISJA. L-għajnuna tagħkom qatt mhi nieqsa, u ta’ dan nirringrazzjawkom, waqt li nwiegħdukom li niftakru fikom fit-talb tagħna. Grazzi ħafna.

Work on the church roof has finished, both outside and inside. Since this week we have started painting the church walls. All help is appreciated and we thank you for it, and keep you in our prayers. Many thanks.