Illum 9 ta’ Mejju il-Knisja tiċċelebra lil San Ġorġ Preca

SAN ĠORĠ PRECA (1880-1962)

FUNDATUR TAS-SOĊJETÀ TAL-MUSEUM U TERZJARJU KARMELITAN

Illum 9 ta’ Mejju il-Knisja tiċċelebra lil San Ġorġ Preca; il-fundatur tas-Socjetà tad-Duttrina Nisranija magħrufa bħala M.U.S.E.U.M. u l-ewwel qaddis Malti

http://www.karmelitanimalta.org/persunaggi/persunaggi03.html

Għal dawn l-aħħar snin, bħal-lum 9 ta’ Mejju, il-Knisja bdiet tiċċelebra lil San Ġorġ Preca; il-fundatur tas-Socjetà tad-Duttrina Nisranija magħrufa bħala M.U.S.E.U.M. u l-ewwel qaddis Malti. Minkejja li kien ġej minn familja tat-tajjeb, Dun Ġorġ kien jgħix f’faqar kbir. Il-kamra li fiha Dun Ġorġ għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu, kienet kamra żgħira ħafna b’sodda b’saqqu kollu ħotob u b’mejda naqra kbira bil-kotba fuqha. Dun Ġorġ ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1906 mill-Isqof Pietru Pace. Ħamsin sena qabel il-Konċilju tal-Vatikan II huwa kien diġà jemmen li l-lajċi għandhom jingħtaw ferm aktar importanza mill-Knisja Kattolika. San Ġorġ Preca kien minn tal-ewwel li ta l-Bibbja f’idejn il-lajċi. Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2007 hi ġurnata storika għal Malta. Taħt xita ma taqta’ xejn f’nofs Pjazza San Pietru fil-Vatikan, u fil-preżenza ta’ 5,000 Malti, il-Papa Benedittu XVI għamel qaddis lil Dun Ġorġ Preca.

image0021