Stedina 23/11/10

Stedina

Wasal iz-zmien tal-bidu ufficcjali tal-hidma tieghi bhala kappillan tal-parrocca f’Ta’ Xbiex. Hija sfida kbira ghalija. Bl-ghajnuna ta’ Alla qieghed nilqaghha b’ferh u bi dmir lejn il-weghdiet sacerdotali u religjuzi tieghi. U dan minkejja li wasalt f’età fejn soltu l-kappillani jirtiraw wara snin twal ta’ qadi b’hidma sfiqa f’kemm-il parrocca. Gejt imsejjah fil-fjur tal-esperjenza tieghi sacerdotali izda wkoll nistqarr li tieghi hija konsagrazzjoni u missjoni tal-ahhar siegha fl-ghalqa tal-Mulej!

Kemm ilni naghti sehemi f’din il-parrocca, tul il-gimghat li ghaddew, stajt nara b’ghajnejja kemm persuni qeghdin jaghtu mill-ahjar li jistghu, hiliet, kwalitajiet u hin biex ikunu ta’ gid ghall-familja jew il-komunità Nisranija li hija l-parrocca. Jiena ghandi qalbi mimlija kuragg li ninsab imdawwar minn ghadd sabih ta’ dawn il-persuni ta’ kwalità. U nistqarr maghkom bl-akbar herqa li rrid nara aktar persuni li jigu ‘l quddiem biex b’responsabbiltà jaghtu sehemhom b’risq in-nies kollha li jaghmlu parti mir-realtà ‘specjalment’ f’Ta’ Xbiex. Nghid ‘specjalment’ ghax ahna bhala komunità parrokkjali immedjatament irridu nahdmu wkoll f’sintonija mal-parrocci l-ohra tal-Imsida u tal-Gzira li maghhom il-parrocca f’Ta’ Xbiex taghmel l-Unità 9 fil-Knisja/Arcidjocesi ta’ Malta.

Nhar it-Tlieta fis-6.00 pm, Mons. Arcisqof Pawlu Cremona OP se jkun fostna fil-knisja parrokkjali biex jippresiedi f’quddiesa koncelebrata l-installazzjoni u l-pusses tal-kappillan il-gdid. Għalhekk jixraq ħafna li, kemm jista’ jkun, il-parruccani kollha jieħdu sehem f’din il-festa tal-komunità parrokkjali tagħna. Flimkien nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ San Ġwann tas-Salib biex il-kappillan il-ġdid jiflaħ jagħmel ħiltu kollha u jaqdi dmiru b’risq il-persuni kollha tal-parrocca tagħna.


Hekk kif tintemm il-quddiesa, kulħadd huwa mistieden u kulħadd huwa mħeġġeġ biex flimkien nitilgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali u nieħdu sehem fir-riċeviment madwar l-Arċisqof u l-kappillan il-ġdid. Xi ħaġa tajba jkun hemm għal kulħadd.

Fil-ġranet ta’ wara l-kappillan, speċjalment fil-ħinijiet tal-ufficcju, ikun lest jilqa’ lil kulmin jixtieq ikellmu, l-aktar dawk li jinsabu f’xi bżonn jew inkella lil dawk li jixtiequ joffru miż-żmien u l-ħiliet tagħhom għall-ġid tal-parrocca.

P. Wistin Vella ocd