Assemblea Parrokkjali Ta’ Xbiex 2011 – Parish Assembly 2011

assemblea 2011

Insejħu ’l-familji kollha f’Ta’ Xbiex għall-Assemblea Parrokkjali.
Issir fil-knisja

It-Tlieta 29 ta’ Novembru 2011 mill-5.30pm – 7.45pm

Programm

Suġġett: Nidħol personalment fil-fond fl-għejxien tal-Evanġelju
Nixhed għalih fid-dar, fil-post tax-xogħol u fil-familja parrokkjali

5.30 Rużarju u Quddiesa tal-okkażjoni (1 siegħa)

6.30 Il-Kelma tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP DVD (10 minuti)

Introduzzjoni mill-Moderatriċi: għan tal-Assemblea (3 minuti)

Rapporti fil-qosor tal-Kummissjonijiet fil-parroċċi (5×5 minuti)

Kummenti u Proġettazzjoni mill-Moderatriċi (7 minuti)

Kummenti u suġġerimenti mill-Assemblea (40 minuti)

Apprezzamenti, għeluq u talba mill-Kappillan

Għal tiġdid, tisħiħ u għaqda bejn kulħadd

P. Wistin Vella ocd Kappillan

Inħeġġu l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Kummissjonijiet,
il-gruppi parrokkjali u lil kulmin jattendi jew joqgħod fil-parroċċa.