Avviz Parroċċa Ta’ Xbiex – Pasta Night Is-Sibt 7 ta’ Settembru – Live Entertainment Minn Edwin Galea – Booking Jinsab Miftuħ – Tħallux Għall Aħħar, Għax Il-Postijiet Huma Limitati
Pasta Night Is-Sibt 7 ta’ Settembru – Live Entertainment Minn Edwin Galea – Booking Jinsab Miftuħ – Tħallux Għall Aħħar, Postijiet Limitati
Avviżi tal-Parroċċa San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex: 17-il Ħadd tas-Sena-Ta’ Xbiex Parish Notices: 17th Ordinary Sunday
Avviżi tal-Parroċċa – San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex
28 ta’ Lulju 2013 17-il Ħadd tas-Sena
1. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar bl-adorazzjoni tal-Ewkaristija bħas-soltu ħlief li għax is-sajf ma jkollniex quddiesa fis-13.00pm.
2. L-emigranti Maltin li jinsabu f’pajjiżna għall-vaganzi huma mistiedna għal-laqgħa annwali mal-President ta’ Malta. Din qiegħdha tiġi organizzata mill-Kummissjoni Emigranti. Din il-laqgha tibda f’Dar l-Emigrant, il-Belt, nhar l-Erbgħa 7 t’Awwissu fid-9.00a.m.
3. Se jintlaqgħu applikazzjonijiet għal dħul fis-sena skolastika 2013-2014 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta. Fl-ewwel sena sekondarja bniet u r-raba’ sena primarja subien nhar it-Tlieta 30 ta’ Lulju 2013, fl-Istitut Kattoliku fl-uffiċċji tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija Floriana. Għal aktar tagħrif ikkuntattjaw is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija
4. Grazzi tal-oġġetti li ġibtu għall-Jumble Sale tal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa b’risq persuni fi bżonn li se jsir bħas-soltu f’Għar id-Dud tas-Sliema nhar is-Sibt li ġej, 3 ta’ Awwissu, mill-4.00pm ’il quddiem. F’isem il-Kummissjoni Djakonija nirringrazzja mill-qalb lill-għadd sabiħ ta’ persuni li ġew mistiedna u laqgħu li jmexxu l-bejgħ tal-ħafna oġġetti li ngħataw. Kollox ġie kkatalogat u l-prezzijiet huma bejn wieħed u ieħor fissi.
Mela ejjew intom ukoll; agħżlu x’jogħġobkom u b’hekk tgħinu lil min hu b’xi bżonn. Il-Jumble Sale, is-Sibt mill-4.00pm ’il quddiem: Għar id-Dud.
5. Se nagħmlu Round Malta/Comino Boat Trip bi prezzijiet vantaġġjużi fit-23 ta’ Awwissu. Ikun il-Ġimgħa. Min hu mħajjar jiġi, ikellem lin-nies tas-soltu.
Xahar ieħor, is-Sibt 7 ta’ Settembru, se nagħmlu Pasta Night b’Live Entertainment b’risq iċ-~entru Parrokkjali. Dettalji jidhru aktar tard. Biljetti jinkisbu minn membri tal-fund raising.
6. Is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin nagħmlu l-ġabra speċjali fl-ewwel Ħadd tax-xahar għall-ħtiġijiet tal-knisja. Il-Ġabra tax-xahar l-ieħor laħqet is-somma sabiħa ta’ 735.14 ewro. Grazzi mill-qalb.
Parish Notices – St John of the Cross, Ta’ Xbiex
28th July 2013 17th Ordinary Sunday of the Year
1. On Friday we celebrate First Friday of the month as usual with the daylong Eucharistic Adoration. However there will not be Mass at 13.00pm.
2. Maltese migrants on holidays in Malta are kindly invited to attend their annual Meet with the President. The Meeting will take place at Dar l-Emigrant on Wednesday 7th August at 9.00am.
3. The Church Schools Secretariat informs that vacancies have arisen for Girls in the First Year Secondary and for Boys in the Fourth Year Primary with registration date on Tuesday 30th of July 2013 at the Catholic Institute, Floriana.
4. Our Jumble Sale will be held at Ghar id-Dud, Sliema, coming Saturday, 3rd August, from 4.00 in the afternoon onwards. The Parish Diaconia Commission will use its proceeds to help people in need. May you come and enjoy yourselves.
5. On the evening of the 7th September we are holding a Pasta Night with Live Entertainment. Proceeds will go for the Parish Centre. Details will be given later on. And we are working on a suggestion for a go at a Round Malta/Comino Boat Trip with advantageous prices set for Friday 23rd August. Anybody interested?
6. Coming weekend there’ll be the special collection for the needs of the church. Last month’s collection amounted to 735.14 euros. Thanks a lot.
Ta Xbiex Parish – Jumble Sale Items Wanted
Bil-Qatra L-Qatra Tintela’ L-Ġarra! – Donazzjonijiet B’Risq Il-Progett Pannelli Fotovoltajċi Knisja Parrokkajli Ta’ Xbiex – Grazzi Bil-Quddiem
Ġimgħa Ewkaristika 1–9 ta’ Ġunju 2013
Ġimgħa Ewkaristika 1–9 ta’ Ġunju 2013
Parroċċa S. Ġwann tas-Salib Ta’ Xbiex
Is-Sibt: 6.00pm: Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej
Il-Ħadd: Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej
4.00pm Quddiesa bl-Ewwel Tqarbina
It-Tnejn:
Jum Ewkaristiku. Espożizzjoni tas-Sagrament wara l-quddiesa 8.30am. Adorazzjoni u Benedizzjoni fis-6.30pm.
Il-Ġimgħa: Solennità tal-Qalb ta’ Ġesu’
Jum Ewkaristiku fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Espożizzjoni tas-Sagrament wara l-quddiesa 8.30am. 1.00pm quddiesa. 5.00pm Rużarju meditat. Quddiesa 6.00pm Adorazzjoni u Benedizzjoni fis-6.30pm.
8.00-10pm quddiesa u purċissjoni mal-Arċisqof fi Pjazza S. Ġorġ il-Belt bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina f’għeluq il-100 sena tal-Kungress Ewkaristiku f’Malta.
Il-Ħadd: Purċissjoni bis-Sagrament Imqaddes wara l-quddiesa tas-6.00pm bis-sehem tat-tfal kollha tal-Ewwel Tqarbina.
Our Lady of Sorrows – Duluri 2013
Assemblea Parrokkjali Ta’ Xbiex 2011 – Parish Assembly 2011
Insejħu ’l-familji kollha f’Ta’ Xbiex għall-Assemblea Parrokkjali.
Issir fil-knisja
It-Tlieta 29 ta’ Novembru 2011 mill-5.30pm – 7.45pm
Programm
Suġġett: Nidħol personalment fil-fond fl-għejxien tal-Evanġelju
Nixhed għalih fid-dar, fil-post tax-xogħol u fil-familja parrokkjali
5.30 Rużarju u Quddiesa tal-okkażjoni (1 siegħa)
6.30 Il-Kelma tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP DVD (10 minuti)
Introduzzjoni mill-Moderatriċi: għan tal-Assemblea (3 minuti)
Rapporti fil-qosor tal-Kummissjonijiet fil-parroċċi (5×5 minuti)
Kummenti u Proġettazzjoni mill-Moderatriċi (7 minuti)
Kummenti u suġġerimenti mill-Assemblea (40 minuti)
Apprezzamenti, għeluq u talba mill-Kappillan
Għal tiġdid, tisħiħ u għaqda bejn kulħadd
P. Wistin Vella ocd Kappillan
Inħeġġu l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Kummissjonijiet,
il-gruppi parrokkjali u lil kulmin jattendi jew joqgħod fil-parroċċa.