Nhar l-Erbgħa li għaddiet, 17 ta’ Ġunju P. Dionisju Mercieca mar jiltaqa’ mal-Mulej

Nhar l-Erbgħa li għaddiet, 17 ta’ Ġunju , miet fl-Isptar Mater Dei P. Dionisju Mercieca, fl-età ta’ 91 sena.

Dionisju għadda nofs iż-żmien tiegħu bħala Superjur tal-patrijiet f’Ta’ Xbiex. L-ewwel darba li sar Superjur kien proprju hawn fl-1957, fl-ewwel snin mill-wasla tal-Patrijiet Tereżjani f’Ta’ Xbiex. Reġa’ ġie magħżul Superjur fl-1972, u mill-ġdid fl-1979. Wara baqa’ residenti Ta’ Xbiex sa ma reġa’ sar Superjur hawn sal-1987. Imbagħad ġie mibgħut B’Kara, fejn baqa’ sal-aħħar ta’ ħajtu. P. Dionisju, ukoll fil-mard li kellu jgħaddi minnu, baqa’ jinteressa ruħu f’Ta’ Xbiex u l-iżvilupp tiegħu.

 

Illum jinsab espost fis-Sala Madonna tal-Karmnu, B’Kara, u għada s-Sibt, il-funeral jitlaq minn hemm fid-9.00am u l-Quddiesa ssir fis-Santwarju ta’ S. Tereża, B’Kara, fid-9.15am. Il-Mulej li sejjaħlu għall-ħajja Tereżjana biex jaqdih bħala saċerdot, issa sejjaħlu għandu u jgħidlu: “Ejja, qaddej fidil u għaqli…” Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

image0031

 

 

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2015 – Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ – Wara l-quddiesa tas-6.00pm purċissjoni b’Ġesu Ewkaristija

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2015 – Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ – Wara l-quddiesa tas-6.00pm purċissjoni b’Ġesu Ewkaristija

Wara l-quddiesa tas-6.00pm purċissjoni b’Ġesu Ewkaristija li tgħaddi minn dawn it-toroq

Vjal Sir Temi Zammit
Triq Ix-Xatt
Ir-Rampa Ta’ Xbiex
Triq Onorato Bres
Vjal Sir Temi Zammit

Tajjeb li bħala Insara veri nimxu wara Ġesu

Divine Mercy Feast next Sunday

You are invited to the Divine Mercy Feast held next Sunday 12th April 2015, in our Parish (St John of the Cross, Ta’ Xbiex, Malta) at 10.45am (starts with a Eucharistic Adoration) followed by 11.30 Mass.

The devotion to Divine Mercy Sunday grew rapidly after its designation by Pope John Paul II and is now widely celebrated by Catholics all over the world.. it has been celebrated in our parish for a number of years now.

festahnienadivina2015-web