Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli

“Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa.
Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru. Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess. Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, ‘Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’ Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna.’ Qalilhom,’Morru intom ukoll l-għalqa. Għal fil-għaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, ‘Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk ta’ l-ewwel.’
Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed. Ġew ta’ l-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed. Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu, ‘Dawn ta’ l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!’ Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, ‘Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b’dinar ftehemt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta’ l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek. Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?’

Hekk ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta’ l-ewwel jiġu l-aħħar.”

 

GDE Error: Error retrieving file - if necessary turn off error checking (403:Forbidden)

EŻALTAZZJONI TAL-IMĦABBA – Qari Tal-Quddies Tal-Ħadd

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Nikodemu: Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva.

Il-Kelma tal-Mulej




pdf icon

GDE Error: Error retrieving file - if necessary turn off error checking (403:Forbidden)


 

INT JIMPURTAK? Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Video)

SUGGERIMENT B ‘hidma zghira jista’ jsir hafna gid. Jekk min jircievi dan il-video, jibaghtu lill-contacts tieghu b’email, u jheggighom jibaghtuh anke huma lill-contacts taghhom, zgur jintlahqu hafna nies, bil-possibilta’ li jintlahqu wkoll numru ta’ nies li ma jmorrux quddies, jew ghax morda, jew ghax xi ftit imbeghdin. Mhux ta’ min jitlef dal-gid. Inhalli f’idejkom u nirringrazzjakom.

Il-Paci maghkom. dun pawl. (Parrocca Familja Mqaddsa L-Iklin Malta)

Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Sena A)
Continue reading “INT JIMPURTAK? Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Video)”

Avviżi tal San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex – Il-bidu tas-Sena Kateketika tkun il-Ħamis 26 ta’ Settembru – The inauguration of the catechism year will be held on Thursday 26th September

Ġenituri li għandhom uliedhom li twieldu fl-2008 u jixtiequ jirreġistrawhom għall-katekiżmu fil-parroċċa tagħna għandhom jagħmlu dan minn għada t-Tnejn fil-ħinijiet tal-Uffiċċju. Il-bidu tas-Sena Kateketika tkun il-Ħamis 26 ta’ Settembru fil-5.00pm fil-knisja u l-lezzjonijiet jibdew it-Tlieta 1 ta’ Ottubru. http://www.cakmalta.org/jumilmulej/katekezi%20KKK/images/title_web.jpg Children born during 2008 may be registered for our parish catechism classes from next Monday during Office hours. The inauguration of the catechism year will be held on Thursday 26th September at 5.00pm in the church and classes will begin on Tuesday 1st October from 5.00 to 6.00pm in the Parish Centre.