Avvizi tal-Parroċċa – It-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema

Avvizi tal-Parroċċa – San Ġwann tas- Salib, Ta’ Xbiex

1 ta’ Ġunju 2014 It-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema

ascension-lord-jesus-christ

  1. Se ssir laqgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara nhar il-Ħamis 5 ta’ Ġunju fis- 6:30 pm fil-knisja ta’ St Patrick’s Tas-Sliema. Se jkun hemm post għall-parking fil-grounds ta’ St Patrick’s. II-ħsieb tal-okkażjoni se jsir mir-Rev. Dieter Paul li huwa Luteran Evanġeliku.
  2. Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa tat-8.30am nesponu lil Ġesù Ewkaristija għall-qima tagħna tul il-ġurnata. Fis 6:00pm Quddiesa u titkompla l-adorazzjoni mmexxija mill-kummissjoni familja tal-parroċċa.
  3. Nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2014, fis-7:30 ta’ filgħaxija, fil-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, fil- Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, se ssir ċelebrazzjoni tal-quddiesa mmexxija minn Mons Arċisqof. Kulħadd hu misteden li jattendi.
  4. Il-Kap tal-iskola tal-Kulleġġ Santa Tereża, Msida Primary, tixtieq tavża lill-ġenituri tat-tfal li jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ Dicembru tal-2014, jistgħu jmorru jiktbu lit-tfal tagħhom. Il-ħinijiet huma bejn 9:00-12:00, nhar ta’ Tlieta jew Ħamis, fil- primarja Msida, Triq Victor Debono, jekk jista’ jkun sat-30 ta’ Awwissu 2014. Il ġenituri għandhom iġibu magħhom:

    ID tal-omm u l-missier;
    Kont riċenti mħallas tad-dawl u l-ilma jew tat telefon.