Live Broadcast: Archbishop Emeritus Mons Joseph Mercieca’s Funeral

guzeppimercieca

The funeral of Archbishop Emeritus Mons Joseph Mercieca will be broadcast on TVM, Radio Malta, Net Tv, One Tv, Radio RTK, Radio Maria and on the website tvm.com.mt. Besides that the YouTube stream below will show the funeral.

It starts at 3.30pm and ends as soon as the funeral corteo leaves the entrance of Valletta for the Mdina Cathedral.

 

Xandira Live: il-Funeral tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

guzeppimercieca

Il‑funeral tal‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca ser jixxandar fuq TVM, Radju Malta, Net Tv, One tv, Radju RTK, Radju Marija u fuq il‑website TVM.com.mt. It‑trasmissjoni fuq YouTube ssibuha hawn taht. Tibda fit‑3:30 p.m. u tispicca kif jitlaq il‑korteo funebri minn Bieb il-Belt f’Valletta lejn il‑Kattidral tal‑Imdina.

 

Nhar l-Erbgħa li għaddiet, 17 ta’ Ġunju P. Dionisju Mercieca mar jiltaqa’ mal-Mulej

Nhar l-Erbgħa li għaddiet, 17 ta’ Ġunju , miet fl-Isptar Mater Dei P. Dionisju Mercieca, fl-età ta’ 91 sena.

Dionisju għadda nofs iż-żmien tiegħu bħala Superjur tal-patrijiet f’Ta’ Xbiex. L-ewwel darba li sar Superjur kien proprju hawn fl-1957, fl-ewwel snin mill-wasla tal-Patrijiet Tereżjani f’Ta’ Xbiex. Reġa’ ġie magħżul Superjur fl-1972, u mill-ġdid fl-1979. Wara baqa’ residenti Ta’ Xbiex sa ma reġa’ sar Superjur hawn sal-1987. Imbagħad ġie mibgħut B’Kara, fejn baqa’ sal-aħħar ta’ ħajtu. P. Dionisju, ukoll fil-mard li kellu jgħaddi minnu, baqa’ jinteressa ruħu f’Ta’ Xbiex u l-iżvilupp tiegħu.

 

Illum jinsab espost fis-Sala Madonna tal-Karmnu, B’Kara, u għada s-Sibt, il-funeral jitlaq minn hemm fid-9.00am u l-Quddiesa ssir fis-Santwarju ta’ S. Tereża, B’Kara, fid-9.15am. Il-Mulej li sejjaħlu għall-ħajja Tereżjana biex jaqdih bħala saċerdot, issa sejjaħlu għandu u jgħidlu: “Ejja, qaddej fidil u għaqli…” Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

image0031