Avvizi tal-Parroċċa- Għid il-Ħamsin / Pentekoste 2014

Avvizi tal-Parroċċa – San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex
8 ta’ Ġunju 2014 Għid il-Ħamsin / Pentekoste

  1. Nhar it-tlieta 10 ta’ Ġunju jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika mill-Appostolat tal-Ħniena Divina tal-Parroċċa tagħna wara l-Quddiesa tas-6pm.
    Apostles at Pentecost
  2. Nhar is-Sibt 14 ta’ Ġunju huwa Jum Ta’ Xbiex. Fis 6:00pm Quddiesa bis- sehem tas-Sindku, Kunsulliera u Membri.
  3. Kull xahar, fi knejjes differenti, tiġi organizata laqgħa ta’ talb għall-qdusija tal-Kleru. Dan ix- xahar, din il-laqgha ta’ talb se ssir is-Sibt 14 ta’ Ġunju 2014, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.
  4. Il laqgħa tibda fid-9:00pm, bil-quddiesa u tibqa’ sejra bl-Adorazzjoni sal-11:00pm. Is-sehem tagħna jkun xhieda tal-imħabba tagħna lejn is-saċerdot u tal-apprezzament tagħna tal-ħidma tiegħu fostna.
  5. Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju huwa Jum il-Missier. Kif nagħmlu kull sena, il-quddies kollu jiġi offrut għall-Missirijiet Mejtin kollha. Għal dawk li jixtiequ, ħdejn l-antiporta ssibu envelops fejn tkunu tistgħu tiktbu l-ismijiet tal-mejtin tagħkom, flimkien mal-offerta għall-Quddiesa.
  6. Infakkarkom illi l-Pussess tal-Kappillan il-ġdid P. Salvinu Spagnol se ssir l- Erbgħa 2 ta’ Lulju fis-6:00pm, u se titmexxa minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona OP.
  7. Il-Ġabra Speċjali tal-ewwel Ħadd tax-Xahar laħqet is-somma ta’ 532.07 ewro. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.