EZERCIZZJI MILL-ISQOF CHARLES J. SCICLUNA

Press PLAY to hear the spiritual lenten exercises by Bishop Charles J. Scicluna, given during the 6.30pm Mass at the Mosta Parish Church on Saturday 22nd March 2014.

https://soundcloud.com/the-church-in-malta/isqof-charles-j-scicluna

RIFLESSJONI FUQ IT-TIELET HADD TAR-RANDAN

Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann (4: 5-42) minn Dun Pawl Camilleri.

Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta.


F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir. U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma. Ġesù qalilha:«Agħtini nixrob.» Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. Il-mara mis-Samarija qaltlu: «Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?» Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani.
Ġesù weġibha: «Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek: “Agħtini nixrob,” kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj.» Qaltlu l-mara: «Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond? Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u
wliedu u l-imrieħel tiegħu?»
Weġibha Ġesù: «Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta’ l-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem.» Qaltlu l-mara: «Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma.» Qalilha Ġesù: «Mur sejjaħ lil żewġek u erġa’ ejja hawn.» Weġbitu l-mara: «Ma għandix żewġi.» Qalilha Ġesù: «Sewwa għedt: “Ma għandix żewġi.” Inti żżewwiġt ħames darbiet, u r-raġel li għandek miegħek bħalissa m’huwiex żewġek. Sewwa weġibt!»
Qaltlu l-mara: «Int profeta, Sinjur, milli qiegħda nara. Missirijietna kienu jaduraw lil Alla fuq din il-muntanja; imma intom tgħidu li l-post fejn wieħed għandu jadura lil Alla jinsab f’Ġerusalemm.» Qalilha Ġesù: «Emminni, mara, jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja taduraw lill-Missier, anqas f’Ġerusalemm. Intom taduraw lil dak li ma tafux; aħna naduraw lil dak li nafu, għax is-salvazzjoni ġejja mil-Lhud. Imma tiġi siegħa, anzi issa hi, meta dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-Missier fl-ispirtu u fil-verità. Għax il Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh. Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh fl-ispirtu u fil-verità.» Qaltlu l-mara: «Jiena naf li ġej il-Messija — dak li jgħidulu Kristu. Meta jiġi hu, kollox iħabbrilna.» Qalilha Ġesù: «Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek.»
Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu, u stagħġbu jarawh jitkellem ma’ mara; iżda ħadd minnhom ma staqsieh: «Xi trid?» jew: «Għax qiegħed titkellem magħha?» Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk, reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies: «Ejjew araw bniedem li qalli kull ma għamilt. Tgħid, dan il-Messija?» U n-nies ħarġu mill-belt u ġew ħdejh.
Sadattant id-dixxipli bdew jitolbuh u jgħidulu: «Rabbi, kul!» Iżda hu qalilhom: «Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih.» Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin: «Jaqaw ġie xi ħadd u ġieblu x’jiekol?» Qalilhom Ġesù: «L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta’ min bagħatni u li nwassal fit-tmiem l-opra tiegħu. Intom ma tgħidux li baqa’ erba’ xhur oħra għall-ħsad? Imma araw x’ngħidilkom jien: erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi bjadu għall-ħsad! Ġa l-ħassad qiegħed jieħu ħlasu u jiġbor il-frott għall-ħajja ta’ dejjem, biex min jiżra’ jifraħ hu wkoll bħal min jaħsad. F’dan taraw kemm sewwa jingħad li wieħed jiżra’ u l-ieħor jaħsad. Jiena bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih intom; kienu oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu flokhom biex tgawdu l-frott tat-taħbit tagħhom.»
Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt li emmnu f’Ġesù fuq ix-xhieda li tathom dik il-mara meta qaltilhom: «Qalli kull ma għamilt,» tant, li meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh biex jibqa’ magħhom, u hu qagħad hemm jumejn. Imbagħad ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu, u lill-mara qalulha: «Issa mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll smajnieh, u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja.»

Avvizi 3 Hadd tar-Randan – Parish Notices 3rd Sunday of Lent

Avvizi tal-Parrocca – San Gwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

23 ta’ Marzu 2014 3 Hadd tar-Randan

1. Nhar il-Gimgha jkollna Adorazzjoni mmexxija mil-Legjun ta’ Marija wara l-quddiesa 6pm.

2. Ikun xieraq li niehdu sehem f’xi kors ta’ Ezercizzi. Kull Erbgha u Gimgha tul ir-Randan issir il-Via Sagra. Fi granet ohra jissokta jsir ir-ruzarju.

Kif tistghu taraw fid-Direttorju, Nhar il-Festa tad-Duluri 11 ta’ April barra l-quddies fil-hin tas-soltu jkollna quddiesa fis-13.00 u fil-5.15 ikollna quddiesa u wara tohrog il-Purcissjoni. Meta nidhlu ssir benedizzjoni ewkaristika fil-bieb tal-knisja u wara jkollna quddiesa ohra fis-7.15pm. Huwa important li nfittxu lil Ommna Marija biex tghinna naghmlu qrara tajba ghax b’hekk nersqu zgur lejn Binha Gesu u ghas-sliem tal-qalb.

L-Erbgha tal-Gimgha Kbira naghmlu zjara lill-Mejda tal-Appostli u postijiet ohra f’Bormla. Nitilqu fid-9.15am. Ikollna refreshments fil-Kunvent ta’ S. Tereza u wara nzuru l-knisja ta’ S. Tereza u dik tal-parrocca u l-Mejda tal-Appostli. Min jixtieq jigi jibbukkja fis-sagristija.

3. L-Erbgha, il-Hamis u l-Gimgha qeghdin isiru zŻjajjar u t-Tberik tal-Familji bejn l-4.00pm u s-7.30pm. Qed nimxi fuq kif indikat fid-Direttorju Kalendarju Parrokkjali 2014. Ghalhekk nistenna li d-Direttorju tifthuh u taraw meta jmisskom.

Nappellaw ghal fondi biex ninstallaw aktar pannelli fotovoltajci. Grazzi.

 

Parish Notices – St John of the Cross, Ta’ Xbiex

23rd March 3rd Sunday of Lent

dul029

1. On Friday we’ll have an Adoration after 6pm evening Mass led by the Legion of Mary.

2. The Parish Family Visits are being held every Wednesday, Thursday and Friday from 4.00pm to 7.30pm. Kindly, consult the Parish Directory 2014 for the dates of these visits to your family. Were you to have any difficulties as to date and time of visit, please inform me beforehand, so that together we agree on an alternative date and time.

3. During Lent we have the Way of the Cross before evening Mass at 5.30pm, on Wednesdays and Fridays. On other days we pray the Rosary. Let’s not miss out on a course of spiritual exercises.

On Friday 11th April we celebrate the Feast of Our Lady of Sorrows with morning Masses at the usual times, but with another Mass at 13.00hrs, a Mass at 5.15 followed by the Procession and benediction by the church door at 7.15 on our return and Mass soon afterwards. Let me remind you that our devotion is best expressed with sacramental confession and communion.

On Wednesday morning of Holy Week at 9.15am, we leave from our church parvis for a Visit to traditional Mejda tal-Appostli at Cospicua with visits to the Parish church and St Teresa’s church with refreshments at the latter’s monastery. Please, book early in the sacristy.