[TA XBIEX PARISH NEWSLETTER] Christ the King 2014 Newsletter
Kristu Re 2014 – Christ The King 2014
Festa San Gwann tas-Salib – Jum L-Anzjani (Kummissjoni Djakonija)
Feast of St Faustina Kowalska – Mass & Eucharistic Adoration Tuesday 13th October 6pm
Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Il-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli
“Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa.
Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru. Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess. Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, ‘Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?’ Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna.’ Qalilhom,’Morru intom ukoll l-għalqa. Għal fil-għaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, ‘Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk ta’ l-ewwel.’
Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed. Ġew ta’ l-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed. Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu, ‘Dawn ta’ l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!’ Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, ‘Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b’dinar ftehemt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta’ l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek. Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?’
Hekk ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta’ l-ewwel jiġu l-aħħar.”

[gview file=”http://www.stjohnofthecross.net/wp/wp-content/uploads/2014/09/Qari-25-C4A6add.pdf”]
Adorazzjoni tal-Appostolat tal-Hniena Divina t-Tlieta 9 ta’ Settembru wara l-Quddiesa tas-6pm
Divine Mercy Eucharistic Adoration Tuesday 9th September After 6pm Mass
Avvizi tal-Parroċċa – 18-il Ħadd ta’ matul is-sena A
Avvizi tal- Parrocca- San Gwann tas- Salib, Ta` Xbiex
3 ta’ Awwissu 2014 18-il Ħadd ta’ matul is-sena A
1 Il-lum l-ewwel Ħadd tax- Xahar, il-ġabra speċjali se tmur għas-sistema ġdida ta’ Microphones u speakers li għamilna fil-knisja. Għad baqgħalna niġbru 4000 ewro. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
2 Nhar it-Tlieta 5 ta’ Awwissu se jkun Rużarju fl-Apert hdejn it-Ta’ Xbiex Football Club, fis-7pm.
3 Il- Postijiet għal-ħarġa ta’ Għawdex huma mimlijin kollha. Jiddispjaċina li xi wħud kellhom jitħallew barra minħabba li l-postijiet imtlew malajr.
4 L-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru se ssir nhar is-Sibt 9 ta’ Awwissu fil-Knisja tal-Kapuċċini, Xemxija. Il- Laqgħa tibda fid-9:00pm bil-Quddiesa u tibqa’ sejra bl-Adorazzjoni sal-11:00pm. Is-sehem tagħna jkun xhieda ta` mħabba tagħna lejn is-saċerdot u tal-apprezzament tagħna tal-ħidma tiegħu fostna,
Parish Notices – Eighteenth Sunday of the Year A
Parish Notices- St John of the Cross, Ta Xbiex
3rd August – Eighteenth Sunday of the Year A
1 Today being the first Sunday of the Month, the Special Collection will be towards the cost of the installation of the NEW SOUND SYSTEM. We still have to collect 4000 Euros. Thanks for your kind generosity.
2 Next Tuesday 5th August, there will be an open air Rosary said near the Ta’ Xbiex Football Club, at 7pm.
3 The outing to Gozo is fully booked. Sorry for those who wanted to come and been left out, due the fact that seats were booked very quickly.
4 A Prayer meeting for the Sanctification of the Clergy is being held every month in different Parishes, the meeting for this month will take place at the Capuchin Church Xemxija on Saturday 9th August. Mass will be said at 9:00 pm and the adoration of the Blessed Sacrament will continue after, up to 11:00 pm. Our participation during this Prayer meeting is a witness of love and respect toward the Clergy and our appreciation for all their pastoral work towards us.











