Proġett Ta’ Enerġija Alternativa
Jonqos jinġabru € 12,000.00.
F’Ta’ Xbiex għixu mas-700 familja. B’ Donazzjoni ta’ € 0.50 cents fil-ġimgħa minn kull familja niġbru l-ammont li baqa’ sa l-aħħar ta’ sena.
Kull donazzjoni hija apprezzata. Grazzi
SUGGERIMENT B ‘hidma zghira jista’ jsir hafna gid. Jekk min jircievi dan il-video, jibaghtu lill-contacts tieghu b’email, u jheggighom jibaghtuh anke huma lill-contacts taghhom, zgur jintlahqu hafna nies, bil-possibilta’ li jintlahqu wkoll numru ta’ nies li ma jmorrux quddies, jew ghax morda, jew ghax xi ftit imbeghdin. Mhux ta’ min jitlef dal-gid. Inhalli f’idejkom u nirringrazzjakom.
Il-Paci maghkom. dun pawl. (Parrocca Familja Mqaddsa L-Iklin Malta)
Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Sena A)
Continue reading “INT JIMPURTAK? Is-Sitt Ħadd tal-Għid (Video)”
STORJA HELWA FUQ ROSSINI.
ARAHA, U XERRIDHA MAL-FRIENDS U L-CONTACTS TIEGHEK. GRAZZI HAFNA.
Il-Ħames Ħadd tal-Għid (Sena A)
Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann (14: 1-12) minn Dun Pawl Camilleri.
Video iffilmjat u editjat minn George Palmier.
Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta.
“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?” Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk m’hux għal ħaġ’oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier.