IL-ĠIMGĦA, 1 TA’ APRIL, HIJA L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR

Adorazzjoni Ewkaristika animata mill-Kummissjoni Familja wara l-quddiesa tas-6.00pm

 

IL-ĠIMGĦA, 1 TA’ APRIL, HIJA L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR

6.00pm Quddiesa

6.30pm Adorazzjoni Animata mill-Kummissjoni Familja

“Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”

“Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.”

Avviżi tal-Parroċċa San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex: 17-il Ħadd tas-Sena-Ta’ Xbiex Parish Notices: 17th Ordinary Sunday

Avviżi tal-Parroċċa  – San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

28 ta’ Lulju 2013   17-il Ħadd tas-Sena

 

1. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar bl-adorazzjoni tal-Ewkaristija bħas-soltu ħlief li għax is-sajf ma jkollniex quddiesa fis-13.00pm.

 

2. L-emigranti Maltin li jinsabu f’pajjiżna għall-vaganzi huma mistiedna għal-laqgħa annwali mal-President ta’ Malta. Din qiegħdha tiġi organizzata mill-Kummissjoni Emigranti. Din il-laqgha tibda f’Dar l-Emigrant, il-Belt, nhar l-Erbgħa 7 t’Awwissu fid-9.00a.m.

 

3. Se jintlaqgħu applikazzjonijiet għal dħul fis-sena skolastika 2013-2014 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta. Fl-ewwel sena sekondarja bniet u r-raba’ sena primarja subien nhar it-Tlieta 30 ta’ Lulju 2013, fl-Istitut Kattoliku fl-uffiċċji tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija Floriana. Għal aktar tagħrif ikkuntattjaw is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija

 

4. Grazzi tal-oġġetti li ġibtu għall-Jumble Sale tal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa b’risq persuni fi bżonn li se jsir bħas-soltu f’Għar id-Dud tas-Sliema nhar is-Sibt li ġej, 3 ta’ Awwissu, mill-4.00pm ’il quddiem. F’isem il-Kummissjoni Djakonija nirringrazzja mill-qalb lill-għadd sabiħ ta’ persuni li ġew mistiedna u laqgħu li jmexxu l-bejgħ tal-ħafna oġġetti li ngħataw. Kollox ġie kkatalogat u l-prezzijiet huma bejn wieħed u ieħor fissi.

Mela ejjew intom ukoll; agħżlu x’jogħġobkom u b’hekk tgħinu lil min hu b’xi bżonn. Il-Jumble Sale, is-Sibt mill-4.00pm ’il quddiem: Għar id-Dud.

 

5. Se nagħmlu Round Malta/Comino Boat Trip bi prezzijiet vantaġġjużi fit-23 ta’ Awwissu. Ikun il-Ġimgħa. Min hu mħajjar jiġi, ikellem lin-nies tas-soltu.

Xahar ieħor, is-Sibt 7 ta’ Settembru, se nagħmlu Pasta Night b’Live Entertainment  b’risq iċ-~entru Parrokkjali. Dettalji jidhru aktar tard. Biljetti jinkisbu minn membri tal-fund raising.

 

6. Is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin nagħmlu l-ġabra speċjali fl-ewwel Ħadd tax-xahar għall-ħtiġijiet tal-knisja. Il-Ġabra tax-xahar l-ieħor laħqet is-somma sabiħa ta’ 735.14 ewro. Grazzi mill-qalb.

 

Parish Notices – St John of the Cross, Ta’ Xbiex

28th  July 2013  17th Ordinary Sunday of the Year

 

1On Friday we celebrate First Friday of the month as usual with the daylong Eucharistic Adoration. However there will not be Mass at 13.00pm.

2. Maltese migrants on holidays in Malta are kindly invited to attend their annual Meet with the President. The Meeting will take place at Dar l-Emigrant on Wednesday 7th August at 9.00am.

3. The Church Schools Secretariat informs that vacancies have arisen for Girls in the First Year Secondary and for Boys in the Fourth Year Primary with registration date on Tuesday 30th of July 2013 at the Catholic Institute, Floriana.

4. Our Jumble Sale will be held at Ghar id-Dud, Sliema, coming Saturday, 3rd August, from 4.00 in the afternoon onwards. The Parish Diaconia Commission will use its proceeds to help people in need. May you come and enjoy yourselves.

5. On the evening of the 7th September we are holding a Pasta Night with Live Entertainment. Proceeds will go for the Parish Centre. Details will be given later on. And we are working on a suggestion for a go at a Round Malta/Comino Boat Trip with advantageous prices set for Friday 23rd August. Anybody interested?

6. Coming weekend there’ll be the special collection for the needs of the church. Last month’s collection amounted to 735.14 euros. Thanks a lot.